Ritratti: Mhux nies biss fir-ritratti mat-Tritoni!

F’inqas minn ġimgħa li ilha miftuħa l-attrazzjoni prominenti fid-daħla tal-Belt Valletta, għadd ta’ persuni diġà tellgħu mijiet ta’ ritratti fuq il-mezzi soċjali mal-funtana tat-Tritoni.
Dan il-fenomenu kiber ħafna fuq Instagram fejn dehru ritratti minn kull angolu tal-funtana tat-Tritoni.
Ħafna kienu dawk li ġibdu s-sbuħija tal-funtana matul il-ġurnata…

Filwaqt li dawk ħirġin jew diħlin il-Belt filgħaxija ġibdu ritratti tal-funtana mdawla…

Oħrajn tellgħu ritratti mal-maħbub jew maħbuba tagħhom…

Filwaqt li xi persuni ġiethom nostalġija għall-post u tellgħu ritratti antiki li kellhom mal-funtana tat-tritoni…

Anki l-kelba Penny rnexxilha tippoża ma’ ġenb il-Funtana!


Sadanittant, fil-jiem li għaddew, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, inawgura l-wirja dwar il-Funtana tat-Tritoni u Pjazza Tritoni li qed issir fil-Parlament.