​Ritratti: Mhux ix-xita biss ikkawżat it-traffiku!

Illum żgur li ħafna waħħlu fix-xita, għall-konġestjonijiet tat-traffiku li kien hawn f’kull naħa ta’ Malta.
Iżda żgur li ma kellhomx raġun dawk li kienu fit-traffiku fi Blata l-Bajda fid-direzzjoni tal-Belt Valletta.
It-traffiku kien iġġammjat minħabba li Triq Sant’Anna kienet magħluqa għat-traffiku. Skont kelliema għall-Pulizija, dan minħabba persuna importanti li għaddiet mill-istess triq.
Dalgħodu, il-President tal-Botswana, Seretse Khama Ian Khama, ingħata merħba uffiċjali fil-Palazz, fil-Belt Valletta.
Ritratti: MRTU