Ritratti: Mellieħa – Bla spazju għall-parkeġġ minħabba dgħajjes, siġġijiet u mwejjed

Dgħajjes u karrijiet tad-dgħajjes, kif ukoll imwejjed u siġġijiet biex iżommu spazju għall-parkeġġ qed iwasslu għall-inkonvenjenti kbar għal dawk kollha li jżuru l-bajja ta’ Dawret it-Tunnara fil-Mellieħa.

Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt ressqet l-ilment tagħha dwar dan lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ġimgħa ilu. Madanakollu s’issa għadha ma kellha l-ebda tweġiba.

Hija spjegat kif fi tmiem il-ġimgħa hija tinżel tgħum fil-bajja ta’ Dawret it-Tunnara, fil-post fejn hemm il-boat houses.

Qalet li dan qed ikun ta’ inkonvenjent kbir għal dawk kollha li jagħżlu din il-bajja biex imorru jgħumu, u dan minħabba li kulħadd qed jitħalla jagħmel li jrid.

Hija appellat mill-ġdid lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa biex jieħu azzjoni biex l-ispazju ta’ parkeġġ jerġa’ jingħata lura lill-pubbliku.  

Ħalli l-kumment tiegħek hawn.