Ritratti: Meghan “turi” t-tarbija rjali għall-ewwel darba

Meghan Markle wriet li żaqqha kibret għall-ewwel darba minn mindu ħabbret li hi u l-Prinċep Harry qegħdin jistennew tarbija. 

Meghan kienet liebsa libsa blu li aċċentwat it-tqala tagħha, u wasslet lil ħafna biex jitħassbu fuq id-data meta hi mistennija li twelled. Minkejja li l-familja rjali ħabbret li Meghan u Harry qed jistennew it-twelid tat-tarbija tagħhom f’Mejju, bosta nies qed jissuspettaw li Meghan twelled f’April minħabba li żaqqha tindika li mxiet mhux ħażin fit-tqala.

Meghan u Harry lbieraħ attendew attività bħala parti mill-Fond bi Tfakkira għal Henry van Straubenzee f’Chelsea f’Londra. Henry kien miet f’inċident tat-traffiku ta’ 18-il sena, u kien ħabib tal-Prinċpijiet William u Harry.

Waqt il-quddiesa, il-Prinċep Harry għamel diskors filwaqt li Meghan qrat il-poeżija Our Deepest Fear ta’ Marianne Williamson.

William u Kate tilfu l-quddiesa għax kienu preżenti f’avveniment diplomatiku mar-Reġina f’Buckingham Palace.