Ritratti: Martha xi staqsietu lil Frankie?

Fis-97 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa li se jixxandar illum it-Tlieta fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315 se naraw lil Chris jgħid lil Etienne u lil Frankie dak li kien ġara tassew meta Martha ħarġet ma’ Frankie biex tieħu l-kafé. X’reazzjoni se jkollhom? Martha xi staqsietu lil Frankie?

Etienne jinsab irrabjat għal Saviour. X’se jgħidlu u x’se jiġri xħin Frankie jidħol fl-uffiċju? X’se jgħidu dwar is-San Luċjano Syndrome?

Martha tmur tkellem lil Manwel Laferla b’urġenza. Xħin tkun hemm min ċempillu u għalfejn se jkollu jitlaq?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm b’repetizzjoni għada filgħodu fl-10.15am. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.