Ritratti: Marquez itir minn fuq il-mutur iżda jeħlisha ħafif

Fir-ritratt jidher il-mument li fih Marc Marquez spiċċa tar minn fuq il-mutur tiegħu wara li ħabat waqt il-Grand Prix fit-Tajlandja. Il-leġġenda tal-MotoGP kien qed isuq il-Honda waqt sezzjoni ta’ prattika li saret ilbieraħ.

Il-mutur ta’ Marquez mar barra mit-trakka fis-seba’ tidwira. Kawża ta’ dan il-mutur inqeleb għal fuq ġenbu u beżaq lis-sewwieq fl-arja.

B’xi mod is-sewwieq li għandu 26 sena ma weġġax. Wara li ttieħed l-isptar, Marquez irritorna biex kompla s-sezzjoni ta’ prattika.

L-Ispanjol qiegħed fiċ-ċans li jirbaħ is-sitt tiltu tiegħu ladarba jirnexxielu jispiċċa żewġ punti aktar minn Andrea Dovizioso dan il-weekend.