Ritratti: Mara żżomm 50 farfett il-lejl bla dar f’darha minħabba n-nirien fl-Awstralja

Janine Davies qiegħda tieħu ħsieb madwar 50 farfett il-lejl, jew aħjar, “flying fox” li hu l-isem tagħhom.

Il-flying fox huwa tip ta’ farfett il-lejl li joqgħod fl-Ażja, fl-Awstralja, fil-Lvant tal-Afrika u f’xi gżejjer fl-Oċean Indjan u dak Paċifiku.

Davies, li hija l-kordinatriċi tas-Santwarju u Klinika tal-Friefet il-Lejl f’Shoalhaven, qiegħda tħenn għal dawn il-friefet il-lejl li tilfu lil ommhom u lil darhom fin-nirien li ħakmu l-Awstralja.

Il-mammiferi, li jissejħu wkoll “fruit bats,” huma importanti għall-foresti tal-pajjiż peress li jifirxu ż-żerriegħa u jdakkru lil ħafna speċi tas-siġar. Id-deforestazzjoni hi ta’ theddida għal ħajjet dawn l-ispeċi li jitqiesu vulnerabbli. Davies qalet illi jekk isofru l-foresti tal-ewkaliptu, ibatu wkoll l-ispeċi li jgħixu fihom, bħall-koalas, l-għasafar u l-insetti.

Il-mara qalet li kemm ilha li salvat lil dawn il-friefet il-lejl, bilkemm għalqet għajn m’għajn, peress li trid tieħu ħsiebhom daqslikieku huma trabi.