Ritratti: Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn mutur u karozza

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Mara ta’ 31 sena fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30pm fi Triq il-Belt Valletta.

Fi stqarrija l-pulizija spjegaw li l-ħabta saret bejn karozza li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti ż-Żurrieq u mutur li kien misjuq mill-mara ta’ 31 sena residenti l-Gżira. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Dwar dan l-inċident ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace u ordnat li ssir inkjesta. Hija ħatret diversi esperti biex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żurrieq għadhom għaddejjin.

Matul il-lejl li għadda raġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bejn mutur u karozza.