Ritratti: Malti-Awstraljan ta’ 17-il sena jmut f’ħabta

Żagħżugħ Malti-Awstraljan ta’ 17-il sena nhar il-Ġimgħa li għadda tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’Sydney l-Awstralja.
Jidher li l-inċident ġara meta Philip Vassallo pprova jagħmel U-turn u kien dak il-ħin li vann baqa’ dieħel fuq in-naħa tas-sewwieq.
Sieħbu Justin Galea, Malti–Awstraljan ukoll li kien riekeb miegħu ġarrab ftit biss ġrieħi.
L-inċident ġara fi Triq Andrews f’Penrith, triq magħrufa sew ma’ dawk li jħobbu jtellqu bil-karozzi.
Fuq Facebook, il-ħabib tiegħu Adrian Xiberras, li ra l-inċident jiġri quddiem għajnejh, qal li żball żgħir fis-sewqan sewa l-ħajja ta’ sieħbu.  
Aċċerta li Philip kienx qed isuq b’veloċità qawwija u lanqas kien xurban għax żgur ma kienx se jipprova jkisser il-karozza li tant iħobb.
Il-Pulizija Awsrtraljana qalet li se tinvestiga wkoll jekk il-karozza kelliex magna mibdula u li hi illegali li ssuq biha.
L-ispettur tal-Pulizija qal li dan l-inċident fatali jservi ta’ twissija lis-sewwieqa l-oħra. 
Mill-bidu ta’ din is-sena, fit-toroq ta’ New South Wales, kien hemm 35 persuna bejn is-17 u l-25 sena li tilfu ħajjithom minħabba inċident tat-traffiku.