Ritratti: Maltempata bir-ragħad; diversi postijiet bis-silġ

Maria Theresa Schembri

Maltempata bir-ragħad ħakmet il-Gżejjer Maltin matul il-lejl li għadda. Jidher li f’diversi postijiet kien hemm ukoll silġ. F’post tal-Malta Weather fuq Facebook diversi qarrejja matul il-lejl tellgħu diversi ritratti fejn juru l-maltemp li kienu qed jesperjenzaw.

L-istess paġna fuq Facebook ilbieraħ wissiet li tul il-ġimgħa li ġejja t-temperaturi se jkomplu jonqsu filwaqt li se jkun hawn riħ qawwi, baħar imqalleb u ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad jew silġ. Malta Weather qalu li hemm ċans li t-temperaturi jinħassu kesħin daqs -1°C. Huma spjegaw li fierxa ta’ arja kiesħa ħafna qed tippenetra ċ-ċentru tal-Mediterran.