Ritratti: Malta tintlaqat minn maltempata bis-silġ

Il-Pulizija qed javżaw lis-sewwieqa biex joqgħodu iżjed attenti fis-sewqan f’dan iż-żmien ta’ maltemp u biex jevitaw postijiet fejn jinġabar l-ilma.
F’dawn l-aħħar sigħat, il-gżejjer Maltin intlaqtu minn maltempata qalila bis-silġ u dan ikkawża traffiku kbir fit-toroq.
Matul il-lejl, it-temperatura se tkompli tinżel sa’ tmien gradi celcius.
Dan minħabba firxa ta’ pressjoni baxxa fuq il-baħar Jonju li se tersaq lejn il-lvant.
Għal għada, l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar temp kiesaħ għal darb’oħra b’ħalbiet tax-xita li jistgħu ikunu bir-ragħad. 

Ritratti: Facebook, Stefan Pullicino, Matthew John Dougall, Annabelle Farrugia, Marie Claire Bonanno, Rene Rossignaud