Ritratti: Il-Fun Run tintemm b’minuta silenzju għall-vittmi ta’ Pariġi

Eluf ta' Maltin ġrew u mxew waqt il-President's Solidarity Fun Run, avveniment annwali li jkompli jiġrob il-flus għall-Istrina iżda li din is-sena kellu għan ieħor.
Dan għax il-messaġġ ewlieni waqt il-mixja, anke permezz tal-banner ta' quddiem, kien wieħed favur il-paċi u solidarjetà mal-poplu Franċiż. 
Infatti, malli kulħadd inġabar fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, il-President talbet lill-kulħadd biex jieqaf f'minuta silenzju b'rispett lejn il-vittmi tal-attakki f'Pariġi.
F'din is-seba' edizzjoni, il-ġirja telqet mir-Rabat, filwaqt li dawk li jippreferu jimxu setgħu jitilqu mill-Università, Santa Venera, jew mil-pjazza tar-Raħal Ġdid.
Is-sena li għaddiet kienu ħadu sehem madwar 16,000 persunua.
Kull parteċipant ikun mitlub jagħti donazzjoni ta' €10 b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Ritratti: Justine Borg