Ritratti: Malta ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Botswana

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li Malta tinsab ħerqana biex issaħħaħ ir-relazzjoni tagħha mal-Botswana.
Dan qalitu waqt iż-żjara statali tal-President tal-Botswana Ian Khama.
Il-President stqarret li Malta tilqa’ l-iffirmar tad-Double Taxation Agreement, li huwa l-ewwel ftehim li ġie ffirmat bejn Malta u l-Botswana.
Ritratti: DOI – Kevin Vella