Ħadd ma weġġa’ hekk kif excavator għeleb għal fuq karozza. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta ta’ l-10:30 am fi Psaila Street, Santa Venera.
Kelliem għall-Pulizija kkonfera ma’ dan is-sit li karozza ġarrbet ħsarat kawża tal-inċident.
Jirriżulta li l-excavator għeleb hekk kif kien qed jitniżżel minn fuq trakk.