Ritratti: Mad-dubbien April iġib ix-xita u s-silġ fl-Ewropa

Il-Malti jgħid li f’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn. Madankollu għalkemm id-dubbien il-kbir diġà jinsab fostna s-sħab baqa’ magħna wkoll.
Diversi postijiet fl-Ewropa kienu miksija bis-silġ u għalkemm Malta ma għamilx silġ, is-sema ħadet ħsieb li xxarrab l-art xorta.
Jekk April kiser it-tradizzjoni tad-dubbien u s-sħab, ma baqax lura milli jkompli jikser kliem missirijietna. Il-Malti jgħid li qatra xita f’April tiswa daqs karru deheb fin. Kieku dan kien il-każ nistgħu ngħidu li l-Ewropa ma tinsabx biss megħrqa fix-xita imma hija mgħerqa wkoll fid-deheb.
Ritratti li qed iduru fuq l-internet juru xi żoni tas-Slovakkja, tar-Rumanija u l-Moldova miksija silġ.
Ma’ dawn il-pajjiżi laqtu s-silġ ukoll l-Ungerija, il-Ġermanja, is-Serbja u l-Polonja.
Kawża tas-silġ 24 persuna ndarbu fis-Slovakkja wara li 40 karozza spiċċaw midfuna fis-silġ.