Ritratti: Ma jgħaddix mill-bieb u jgħaddi….

Il-Malti jgħid li jekk ma tgħaddix mill-bieb tgħaddi mit-tieqa.
Biss il-kreattività tmur lil hinn mill-bibien u t-twieqi.
Raġel li ried jaqsam minn ħdejn Bieb il-Bombi, fil-Furjana ma tax kas il-barrikati li twaħħlu u għadda minn taħthom.
Sabiex jiffranka milli jaqsam is-subway ir-raġel għażel li jitmiegħek mal-art u jgħaddi minn xaqq li hemm taħt waħda mill-barrikati.
Il-barrikati kienu twaħħlu sabiex iżommu lin-nies millijaqsmu min-nofs tat-triq.
Ritratti: Paul Ayling