​Ritratti: Logħba futbol biex tqarreb liż-żgħażagħ lejn il-Pulizija

Hemm diversi modi kif wieħed jista’ jqarreb il-ħidma tal-membri tal-Korp tal-Pulizija lejn iż-żgħażagħ.
Iżda mod mhux tas-soltu kif dan jista’ jsir huwa permezz ta’ logħba futbol, li ġiet organizzata bejn uffiċjali tal-Pulizija u ż-Żgħażagħ tal-Parroċċa tal-Qawra. Dan it-tournament tal-futbol li ħa l-forma ta’ knock-out, kellu l-għan li juri liż-żgħażagħ li l-Pulizija huma ħbieb tagħhom.
Il-Pulizija rebħu l-ewwel logħba kontra ż-żgħażagħ bl-iskor ta’ 1-0, filwaqt li t-tieni logħba intrebħet miż-żgħażagħ bl-iskor ta’ 2-0.