Ritratti: Lil min qed josserva?

Fl-episodju tal-lum il-Ġimgħa mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa Etienne jibgħat għal Lina għax xtaq ikellimha. X’se jgħidilha? U hi lesta li tgħinu jew le?

Rachel toħroġ mill-kunvent ma’ Carol Tanti. Min se jkun hemm qed jarahom? X’se jiġri xħin Chetcuti jċempel lil Decelis? X’se jagħmel?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Bi produzzjoni ta’ Rewind, is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.