Ritratti li qatt ma dehru f’għeluq snin Prince Charles

Ritratt: Instagram/RoyallyYours

Ikomplu jippersistu xnigħat fuq il-midja dwar il-firda li teżisti bejn il-Prinċep Harry u l-Prinċep William. Dak li ġara llum f’għeluq snin missierhom, il-Prinċep Charles (71 sena), xejn ma kompla jgħin biex itaffi x-xnigħat.

Kollox beda meta l-Prinċep William u martu Kate permess tal-Instagram tagħhom tefgħu ritratt li ttieħed is-sena l-oħra f’okkażjoni ta’ għeluq snin is-70 sena tiegħu.

F’dan ir-ritratt hu jidher fi Clarence House iżomm id iċ-ċkejken, il-Prinċep Louis.

Ritratt: Instagram

Madwar nofs siegħa wara il-Prinċep Harry u martu Meghan għamlu użu mill-Instagram tagħhom biex jitfgħu ritratt li qatt ma deher tal-Prinċep Karlu flimkien ma’ binhom Archie fil-jum tal-magħmudija f’Lulju li għadda.

Ritratt: Instagram

Xejn mhu ward u żahar bħalissa hekk kif qed jingħad li Harry u Meghan mhux se jkunu qed iqattgħu l-Milied flimkien mar-Reġina Eliżabetta u l-kumplament tal-familja.

Skont ir-rapporti, huma għażlu li dan il-Milied, l-ewwel wieħed ta’ Archie, jqattgħuh flimkien ma’ Dora Ragland, omm Meghan.

AQRA: Il-Prinċep Karlu ma’ Katy Perry f’għeluq snin