Ritratti li nisslu rabja madwar id-dinja

Ritratt: Denuncia ciudadana Teloloapan/Facebook

Dawn li qed taraw huma ritratti li qed jidhru bħalissa fuq diversi meżżi soċjali u li nisslu rabja madwar id-dinja.

Il-kelb fir-ritratt jinsab  f’Emiliano Zapata f’Telploapan fil-Messiku. Is-sidien tiegħu jħalluh marbut b’ċinga qasira lejl u nhar u ovvjament dan il-kelb qiegħed ibati ħafna.

Tant hi qasira ċ-ċinġa li huwa marbut biha li dan il-kelb la jista’ joqgħod bilqiegħda sew jew iżomm dritt. Jekk jipprova jpoġġi jispiċċa jifga!

Tortura sħiħa għal dan il-kelb u n-nies madwar id-dinja huma rrabjati. Iżda s-sidien ta’ dan il-kelb iħossu li l-kelb mhux maħqur u li jinsab tajjeb.

Ritratt: Denuncia ciudadana Teloloapan/Facebook

Kien hemm persuna li talbet lis-sidien biex ma jibqgħux iżommu dan il-kelb, iżda spiċċa biex kellu jiġri ‘l hemm għax kien se jlaqqatha.

Għalhekk dan il-persuna ħa r-ritratti u xerridhom fuq il-meżżi soċjali biex juri l-moħqrija li qed jgħaddi dan il-kelb, anki bħalissa fix-xhur ta’ sħana, u b’hekk jittama li l-awtoritajiet jagħmlu xi ħaġa biex dan il-kelb ma jibqax maħqur.