Ritratti: “Lestejna proġett li jiswa €90,000 għal tfal fil-bżonn” – Karibu Malta

Karibu Malta, organizzazzjoni mhux ta’ profitt, ħabbret li l-proġett ta’ tliet snin fil-villaġġ ta’ Mbaoni f’Malindi tlesta. Il-proġett, b’total ta’ €90,000, involva l-bini ta’ kappella, klassijiet, uffiċċji amministrattivi, toqba fl-art għall-ilma, u toilets pubbliċi. L-għan prinċipali tagħhom huwa li jgħinu tfal fil-bżonn.

Grupp ta’ 25 persuna Maltija, etajiet bejn 20 u 70, telqu minn Malta fis-6 ta’ Awwissu. Huma kellhom akkomodazzjoni mal-Istitut Kattoliku li hu parti mid-Djoċesi f’Malindi.

Apparti l-proġett li tlesta, il-grupp mar ukoll Watamu. Hawnhekk, il-Gvern għalaq l-iskola minħabba l-istat li qiegħda fiha. B’hekk, il-grupp għen billi għamel xogħol ta’ kostruzzjoni u tiġdid fl-iskola.

Il-grupp se jasal lura llum, u se jkompli xogħlu minn Malta b’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-proġetti oħra fil-ġejjieni. Min hu interessat joffri l-għajnuna, jista’ jsegwihom fuq Facebook u fuq Instagram.