Ritratti: Laqgħa kkulurita

Ir-Re ta’ Ashanti Otumfuo Osei Titu II dalgħodu kellu żjara ta’ korteżija għand il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta’ San Anton.
Huma ddiskutew kif Malta u l-Ghana jistgħu jkattru r-relazzjoni u dwar iċ-ċentru mediku HopeXChange li huwa mmexxi bil-kollaborazzjoni tal-Fundazzjoni Missjunarja tal-Ghana f’Malta.
Ritratti: OPR