Ritratti: L-urugan Dorian fi triqtu lejn Florida

Hurricane Dorian approaches the coast of Florida, U.S. in this August 29, 2019 NASA handout satellite image. NASA/Handout via REUTERS

Read in English.

L-Urugan Dorian mexa minn fuq l-Oċean Atlantiku lejn Florida lbieraħ u kompla jissaħħaħ mat-triq hekk kif żviluppa f’maltempata ikbar minn qabel.

L-Urugan għandu l-potenzjal li jitfa’ miljuni ta’ persuni f’riskju f’żoni turistiċi bħal Walt Disney, il-launchpads tan-NASA li jinsabu fi Space Coast u anke r-resort tal-President tal-Istati Uniti, Mar-a-Lago, li jinsab f’Palm Beach. Iċ-ċentru tal-urugani li jinsab ibbażat f’Miami qed ivenven b’riħ b’saħħtu madwar 225 kilometru fis-siegħa.

Iċ-ċentru qal li minkejja li hemm ċans li l-intensità tonqos u tiżdied fil-ġimgħa li ġejja, l-urugan Dorian huwa mistenni li jibqa’ b’saħħu fil-jiem li ġejjin. Bosta persuni li jinsabu fil-Lvant ta’ Florida, fejn mistenni li l-irjiħat jiżdiedu dejjem aktar minn nhar it-Tnejn filgħodu, dehru jixtru l-ilma, il-plywood u provvisti oħrajn. Intant, xi pompi tal-petrol spiċċalhom il-fuel.