Ritratti: L-ITS jisbaħ bil-kartelluni kontra l-proġett tad-db

Jidher li kmieni dalgħodu twaħħlu kartelluni mal-ħitan tal-ITS, kontra l-proġett tad-db li se jsir f’Pembroke. Il-kartelluni twaħħlu bi protesta kontra l-proġett li se jkun qed jifga r-residenti li joqogħdu fil-madwar.

Skont sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt il-kartelluni għalkemm twaħħlu kmieni dalgħodu, kien hemm diġà attentati minn nies mhux magħrufa biex jaqilgħawhom. Kif jixhdu r-ritratti, jidher ukoll li x-xogħol ta’ twaqqih diġà beda fuq il-post, propju fejn kienet l-iskola tal-ITS.

Din l-azzjoni saret fid-dawl li llum mistennija tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk hux se jkun permess li jsir il-proġett tad-db Group fuq l-art tal-ITS ħdejn il-bajja ta’ San Ġorġ biex jinbena torri ta’ 38 sular u lukanda ta’ 17-il sular fost l-oħrajn.

Id-diskussjoni dwar il-proġett se tkun qed issir illum fl-10:00am ġewwa Il-Kullegg San Gorg Preca (il-Liceo), Skola Sekondarja, Triq Wenzu Mallia, Hamrun.