Ritratti: L-Italja lesta tiddikjara stat ta’ emerġenza f’Venezja

REUTERS/Manuel Silvestri

L-Italja mistennija tiddikjara stat ta’ emerġenza f’Venezja, wara li l-belt Taljana kienet maħkuma minn livelli għoljin ta’ ilma li laħqu 1.87m.

Il-Prim Ministru mistenni jħabbar il-miżuri ta’ emerġenza l-Ħamis.

80% ta’ Venezja mgħarrqa

Aktar minn 80% tal-belt, sit tal-wirt dinji tal-Unesco, u l-maġġoranza tad-djar residenzjali kienu taħt l-ilma meta l-marea kienet fl-ogħla livell.

Il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte qal li l-Gvern se jaġixxi malajr biex jipprovdi l-fondi u r-riżorsi meħtieġa.

Fuq Twitter, Conte spjega li din it-traġedja kienet għafsa ta’ qalb għall-pajjiż.