Ritratti: L-Isqof Mario Grech iżur lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

Matul il-jum tal-bieraħ, l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu, Mons. Mario Grech, Isqof emeritu ta’ Għawdex, għamel żjara lil Mons. Pawlu Cremona OP, Arċisqof emeritu ta’ Malta, u lill-Kan. Piet Sammut, mill-Parroċċa tan-Nadur, residenti fid-Dar tal-Kleru, f’Birkirkara. Din iż-żjara seħħet qabel l-Isqof Grech jibda l-ħidma tiegħu bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet f’Ruma, fl-Italja.

Intant, illejla jinżel is-siparju fuq l-Episkopat ta’ Mons. Mario Grech b’quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għall-Ministeru Episkopali tiegħu fl-aħħar 14-il sena bħala t-tmien Ragħaj Spiritwali tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Din se tkun qed issir fis-6.30pm.