Ritratti: L-iskola medika ta’ Għawdex tintuża bħala sptar – Steward

Steward tinvesti €2 miljuni f'apparat mediku

Read in English.

L-iskola medika ta’ Għawdex se tkun qed tintuża’ bħala sptar, skont Steward Health Care Malta.

Fi stqarrija, Steward Health Care Malta qalet li qed tintegra l-Barts Medical School Campus mal-preparamenti għall-coronavirus fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Steward qalet li Queen Mary University London qablet li l-Iskola Medika u li l-Kampus tad-Dentistrija jgħinu lill-Isptar ta’ Għawdex billi jipprovdu spazzju addizzjonali għall-kura tal-pazjenti. Dan wara li sar tibdil fl-isptar ta’ Għawdex biex ikun jista’ jakkomoda pazjenti tal-coroanvirus.

Il-Clinical Skills area tal-iskola medika qed tilqa’ fiha servizzi ta’ kimoterapija u infusions. Skont Steward dan intlaqa’ tajjeb mill-Għawdxin.

L-outpatient consultations issa mxew lejn l-iskola medika. Dawn jinkludu l-clinics tal-anticoagulation u phlebotomy.

Intqal li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex se jkun qed jara li 120 sodda jkunu disponibbli għall-pazjenti tal-coronavirus. Skont Steward s’issa hemm 41 sodda lesti għal dawn il-pazjenti. Hemm tlieta minnhom li diġà qed jintużaw.

L-auditorium tal-iskola medika qed jintuża wkoll mit-“tactical team” tal-isptar għal-laqgħat b’rabta mal-coronavirus.

Skont Steward żewġ swali tal-lectures tal-iskola tbattlu u qed jintużaw bħala maħżen għal apparat mediku b’valur ta’ €2 miljuni li nxtara minn Steward Malta għall-coronavirus.

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Steward Malta Dr Nadine Delicata spjegat li “dan l-approċċ jirrefletti d-dedicated care centre model ta’ Steward għall-COVID-19, fejn l-iżolazzjoni tal-pazjenti tal-COVID-19 għat-trattament iservi għal żewġ skopijiet important. L-ewwel, billi l-pazjenti tal-COVID-19 jitpoġġew f’ambjent iffokat, Steward tkun tista’ tiddedika aħjar ir-riżorsi neċessarji, l-apparat, u l-għarfien espert biex tipprovdi lill-pazjenti tal-COVID-19 b’kura ffokata u l-aħjar opportunità biex jirkupraw bi sħiħ. It-tieni, dan jippermetti lil Steward biex tkompli tieħu ħsieb pazjenti oħra li huma morda, li huma f’nofs trattament, dawk li għandhom bżonn ikomplu jieħdu t-trattament neċessarju, u dawk li għandhom bżonn kura ta’ kwalità għolja.”

Illum ġie reġistrat każ ieħor ta’ coronavirus f’Għawdex.