Ritratti: “L-isbaħ rigal li stajt naqla’ dal-Milied” – Clayton

Ritratt: Facebook/ClaytonPace

Kif ħababrna lbieraħ l-attur Clayton Pace sar missier għall-ewwel darba, wara li s-sieħba tiegħu, l-attriċi Lenies Gauci welldet liċ-ċkejken Noah.

“Bla dubju dan dan hu l-isbaħ rigal li stajt naqla’ dal-Milied,” kiteb hu waqt li żied jgħid li l-ebda kitba ma tista tkun viċin biex ifiehem dak li qed iħoss.

L-attur qasam mas-segwaċi tiegħu fuq Facebook l-ewwel ritratti tagħhom bħala familja waqt li kiteb ukoll li huwa b’xortih li għandu lil Lenies f’ħajtu.

Finalment irringrazzja lil dawk kollha li ħaseb fihom u bagħtilhom messaġġ, hekk kif temm li apprezzaw ħafna.

Ritratt: Facebook/ClaytonPace

Awguri Clayton u Lenies għal ħajja feliċi maċ-ċkejken Noah.

Clayton rajnieh f’sensiliet bħal Manwela u Ċirkostanzi u anki fis-sensiela Sorelle li qed tixxandar bħalissa bfq TVM u ma ndumux ma nkunu nistgħu narawh fis-sensiela L-Istejjer tan-Nannu Ċens li l-kumpanija tiegħu Mixta Drama se tkun qed tipproduċi fuq l-istazzjon One, filwaqt li lil Lenies nistgħu narawha fus-sensiela Fattigi fuq l-istazzjon Net.