Ritratti: L-intriċċi ma jiqfux f’Sorelle

Fir-raba’ episodju mis-sensiela Sorelle li se jixxandar fl-3.40pm fuq TVM nerġgħu mmorru lura fil-kappella fejn insibu lil Angela għadha titlob… min ċemplilha?

Liana ċemplet lil Matthew u tgħidx kemm irrabjat miegħu… għaliex? X’inhuma jiċċelebraw is-Sorelle? Min kellu jmur għandhom ukoll? Frederick ċempel lil Leo… x’qallu dwar Steve?

Matthew ra kif għamel u qal lil ommu toħroġ tixtrilu biex jispiċċa waħdu… x’għamel xħin telqet ‘l barra?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa għal Rewind.