Ritratti: L-Indoneżja tidentifika t-terroristi tal-attakk fil-kapitali

Il-Pulizija fl-Indoneżja identifikat erba’ mill-ħames terroristi li attakkaw il-kapitali Jakarta lbieraħ u li kollha spiċċaw maqtula sa tmiem ir-rejd.
Tnejn minnhom kellhom akkużi preċedenti ta’ terroriżmu.
Ir-raġel li deher f’ritratti jġorr arma u b’basket fuq spallejh, Afif Sunakim, kien għamel seba’ snin il-ħabs minħabba li kien ingħaqad f’kamp ta’ militanti.
Il-Pulizija Indoneżjana arrestat ukoll tliet persuni imma għadu mhux magħruf x’rabta għandhom mal-attakki.
Minbarra l-ħames terroristi, l-attakki ħatfu l-ħajja wkoll ta’ Indoneżjan u ta’ Kanadiż.