Filmat: L-immigranti ftit ‘il bogħod minn Malta

Kważi ġimagħtejn minn meta kienu salvati mill-għarqa 32 persuna jinsabu ‘l barra mill-kosta ta’ Malta fuq il-bastiment Sea Watch 3 tal-għaqda mhux governattiva Sea-Watch. Diversi pajjiżi Ewropej irrifjutaw milli jagħtu l-awtorizazzjoni biex il-bastiment idaħħal l-immigranti fil-port. Fost dawk salvati hemm tlett itfal żgħar li għamillhom ħażin il-baħar u 4 żgħażagħ taħt id-19-il sena li qed jivvjaġġaw waħidhom.

L-aġenzija Reuters irrappurtat kif Bob Kiangala mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qal magħha li huma jinsabu fuq id-dgħajsa iżda mhumiex jifhmu x’inhu jiġri. Reuters irrappurtat ukoll li żagħżugħ ta’ 16-il sena mis-Sudan t’Isfel jinsab kuntent li rnexxillu jaħrab mil-Libja iżda saħaq li lkoll għandhom bżonn l-għajnuna.

Il-ġurnalist Malti Darrin Zammit Lupi li jaħdem mal-aġenzija Reuters kien fuq il-bastiment ta’ Sea Watch.