Ritratti: L-HSBC Malta Foundation tħabbar ir-rebbieħa tal-inizjattivi STEM waqt żmien il-COVID-19

STEM Photo Competition winners

Read in English.

Ir-rebbieħa ta’ diversi inizjattivi STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) ġew imħabbra. Dawn l-inizjattivi kienu mmexxija miċ-Ċentru Xjentifiku fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u mid-Direttorat tax-Xogħol għat-Tagħlim u l-Programmi ta’ Assessjar (DLAP).  Bl-appoġġ tal-HSBC Malta Foundation, dawn l-inizjattivi pprovdew lill-istudenti u lill-familji tagħhom b’firxa ta’ sfidi STEM immirati lejn aktar involviment edukattiv waqt żmien il-COVID-19.

Glenn Bugeja, Maniġer għas-Sostenibbiltà Korporattiva fl-HSBC Malta, qal: “Fi żmien meta ħafna minna konna qed ngħixu r-realtà tal-COVID-19, l-HSBC Malta Foundation kompliet tipprovdi appoġġ biex tiżgura li studenti żgħar fl-età jibqgħu konċentrati fl-istudji tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam kruċjali tas-suġġetti STEM.  L-inizjattivi maħluqa mid-Direttorat kienu popolari ħafna u rriżultaw f’livell għoli ta’ parteċipazzjoni, kemm mit-tfal, kif ukoll mill-ġenituri jew minn dawk li jieħdu ħsiebhom.  Din il-kollaborazzjoni għamlet dan il-proġett suċċess kbir.”

L-isfidi varji inkludew l-“HSBC STEM Challenge”, is-“STEM Photo Challenge”, l-inizjattiva “STEM@home Ventures” u “The Hunt, a Kids’ Virtual Science Quest”.  L-attivitajiet kollha ppromovew prattiċità fil-mod kif jissolvew il-problemi li trawwem il-ħiliet tal-ħajja fis-Seklu 21.

Aktar tagħrif dwar dawn l-isfidi u dwar ir-rebbieħa jista’ jinkiseb permezz tal-Paġna Facebook tad-DLAP fuq https://www.facebook.com/DLAP-Link-109192847389084/, fuq il-paġna Facebook taċ-Ċentru Xjentifiku f’Pembroke https://www.facebook.com/Science-Centre-Pembroke-Malta-191057714752778/  jew inkella permezz tal-Paġna Facebook tal-HSBC fuq  https://www.facebook.com/HSBCMalta/.

Desiree Scicluna Bugeja, Assistenta Direttriċi fiċ-Ċentru Xjentifiku, qalet: “Il-Fondazzjoni HSBC Malta appoġġjat numru ta’ attivitajiet relatati ma’ STEM f’dawn l-aħħar xhur.  Aħna grati li dan l-appoġġ kompla matul il-perjodu tal-COVID-19 li ra studenti jqattgħu ġranet barra mill-iskola, biex b’hekk ippermettielna noffru premjijiet edukattivi lir-rebbieħa fl-isfidi kollha li kellna għall-istudenti u l-familji tagħhom, waqt li kienu qed jaħdmu u jistudjaw minn ġewwa darhom.”

It-tliet ritratti rebbieħa tas-“STEM Photo Challenge”. Mix-xellug għal-lemin: Ir-Ritratt tal-Bijoloġija, ir-Ritratt tal-Matematika u r-Ritratt Tematiku tal-Kimika

Dan it-tagħrif twassl minn HSBC Bank Malta plc