Ritratti: L-Għaqda tal-Malti – Università b’uċuħ ġodda

L-Għaqda tal-Malti – Università għandha tmexxija ġdida.
Ilbieraħ il-membri tal-Għaqda tal-Malti ltaqgħu għal-Laqgħa Ġenerali Annwali li matulha saret l-elezzjoni sabiex jinħatar il-kumitat il-ġdid għall-2017-2019.

Il-kumitat il-ġdid huwa:
Presidenta: Sephora Francalanza
Viċi Presidenta: Amy Camilleri
Segretarja Bernice Magro
Ass. Segretarju: Joseph Charles Galdes
Teżorier: Mariano Formosa
Ass. Teżoriera: Claire Gouder
PR: Rachelle Deguara
Ass. PR: Shanna Spiteri

Matul il-laqgħa ġew approvati wkoll ir-rapport finanzjarju u amministrattiv.
L-ewwel attività għall-kumitat il-ġdid se tkun nhar l-20 ta’ Lulju Martirju – Qari minn Żgħażagħ.
Din l-attività se tippreżenta qari ta’ letteratura oriġinali minn żgħażagħ li ħadu sehem fil-kompetizzjoni u taħriġ 'Martirju' – inizjattiva tal-Akkademja Kulturali Pawlina, bi sħab mal-Għaqda tal-Malti – Università.
Jekk tixtieq tissieħeb mal-Għaqda żagħżugħa tista’ tidħol hawn.
Sabiex iżomm ruħek aġġornat b’dak kollu li tagħmel l-Għaqda tal-Malti tista’ tidħol hawn.

Ritratt: Għaqda tal-Malti – Università