Ritratti: Il-25 Sena tal-Programm Annwali tal-Ewwel ta’ Settembru.

L-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina tal-Mellieħa se tkun qed itella’ l-programm tal-Ewwel ta' Settembru li din is-sena se jaħbat il-25 anniversarju tiegħu.
Din is-sena l-kunċert annwali se jsir il-Ġimgħa l-1 ta’ Settembru fit-8:00pm fil-Pjazza tal-Parroċċa.
Bħal kull sena, dan se jkun imżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn dik klassika u anke modern.
Il-kunċert ikun jinkludi wkoll għadd ta’ kantanti u żeffiena.
Intant, l-istess kor u orkestra jieħdu ħsieb janinaw il-mużika lejlet u nhar il-festa ta’ Marija Bambina.