Ritratti: L-ewwel riżultati mill-kompetizzjoni Voomquest

Minħabba baħar qawwi, it-tlielaq mill-kompetizzjoni Voomquest tal-bieraħ tħassru. Riżultat ta’ dan, kien hemm xi tibdil fil-programm tal-lum. L-ewwel tellieqa saret aktar kmieni llum għall-ħabta ta’ 12:15pm.

Ir-rebbieħa tal-ewwel tlielaq kienu El Diablo, Interceptor Remax u Frexxia Blu. It-tim Marina Diffusion ma rnexxilhomx jagħmluha sa tmiem it-tellieqa u b’hekk tilfu l-ewwel post tal-kampjonat. Posthom ittieħed mit-tim El Diablo. Cutting Edge spiċċa fir-raba’ post u Atomic & Grey ma rnexxilhomx jagħmluha sa tmiem it-tellieqa.

It-tlielaq se jerġgħu jkomplu aktar tard illum.