Ritratti: ​L-ewwel rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-Hillclimb din is-sena

Ilbieraħ sar l-ewwel rawnd tal-kampjonat tal-hillclimb fi Triq Dawret il-Mellieħa, magħrufa mad-dilettanti bħala Ta’ Penellu.
Oriġinarjament inkitbu għall-avveniment 61 karozza, iżda kienu biss 48 li spiċċaw it-tlielaq kollha u b’riżultat finali.
Il-preparamenti ta’ qabel it-tellieqa biex tiġi assigurata sigurtà massima ħadu xi ftit aktar milli previst, iżda meta bdew it-tlielaq għall-ħabta tal-10am, imxew b’ritmu tajjeb u mingħajr dewmien żejjed, ankemeta nqalgħu xi inċidenti żgħar.
Fit-tielet post mis-sewwieqa kollha daħal Keith Camilleri fuq Radical ProSport sponsorjat minn Fracht Malta b’ħin ta 48.156 sekonda, fit-tieni post Fabio Baldacchino fuq OMS 2000M sponorjat minn Tony’s Bar b’ħin ta’ 48.040 sekonda, u fl-ewwel post iċ-ċampjin preżenti Mark Micallef fuq karozza ġdida tat-tip Force Single Seater Turbo sponsorjat minn Avon u Kingrun Tyres b’ħin ta’ 47.164 sekonda.
Fl-ewwel post,  karozza four wheel drive, il-veteran Teddy Aquilina fuq Escort Cossworth, l-ewwel rear wheel drive Silvio Sciberras u l-ewwel front wheel drive Didier Bugeja.
Fost uffiċjali oħra u l-kumitat tal-Island Car Club, il-Clerk of the Coarse kien William England, Viċi President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, Uffiċjal tas-Sigurtà Adrian Figallo, Steward Josef Abela u l-ħinijiet kienu f’idejn Gordon Pace.