​Ritratti: L-ewwel jum tal-Papa fil-Myanmar

Il-Papa Franġisku wasal fil-Myanmar wara titjira ta’ madwar għaxar sigħat.
Meta wasal fl-ajruport huwa ngħata merħba minn numru ta’ uffiċjali tal-Gvern, Isqfijiet u tfal.
Għada l-Papa huwa mistenni li jmur fil-kapitali l-ġdida Nay Pyi Taw fejn se jiltaqa’ mal-President Hyundai Kyaw u l-Kunsilliera Statali Aung San Suu Kyi.
Skont il-midja internazzjonali, il-Papa se jindirizza lil madwar 700 rappreżentat tal-istituzzjonijiet.
Din il-Belt Kapitali hija meqjusa bħala Belt magħluqa għall-ġurnalisti tal-Punent u hija mibnija b’tali mod li lesta għall-gwerra. Saħansitra t-toroq prinċipali tagħha jistgħu jintużaw bħala runways għall-ajruplani.

Waqt il-programm Follow Up ma' Sylvana Debono fuq 103FM iż-żjara tal-Papa Franġisku f'Myanmar u l-Bangladesh ġiet diskussa flimkien ma' Andre Debattista, Riċerkatur dwar Affarijiet Internazzjonali.