Ritratti: L-ewwel impenji tal-familja Rjali f’Malta

Wara ċ-ċerimonja tal-wasla fil-Palazz ta' San Anton, ir-Reġina Eliżabetta II ma ħarġitx mill-palazz, iżda kellha numru ta' impenji hemm stess.
Fost dawn, ir-Reġina ltaqgħet mal-President ta' Malta Marie-Louise Colerio Preca u wara mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Fiż-żewġ laqgħat kien hemm skambju tar-rigali.
Il-President, tat lir-Reġina pittura ta' Villa Guardamangia, li fiha għexet ir-Reġina meta kienet Prinċipessa. 
Id-Duka ta' Edinburgh u lill-Prinċep ta' Wales, ġew ippreżentati b'selezzjoni ta' prodotti tipiċi Għawdxin.
Intant il-Prinċep ta' Wales, attenda wkoll għall-għeluq tac-Commonwealth Business Forum u aktar tard nieda l-Prince Trust International, fond għall-karità fost iż-żgħażagħ.
Id-Dukessa ta' Cornwall żaret il-vilaġġ tal-artiġjanat f'Ta' Qali u rat ukoll il-ħidma ta' prodotti fil-ħġieġ.
L-impenji tal-Familja Rjali, ilbieraħ spiċċaw b'riċeviment statali fil-Palazz ta' San Anton. 

Ritratti: DOI