Ritratti: L-ewwel attività mill-Wotomoto Enduro 2019/20

Mario Micallef

L-Assoċjazzjoni  Sport Muturi u Karozzi organizzat b’suċċess l-ewwel attività tal-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020. F’din l-attività ħadu sehem 30 kompetitur maqsuma f’erba’ klassijiet u saqu fuq korsa twila żewġ kilometri.

Matul il-kwalifikazzjoni Bernard Sammut iddomina l-attività bl-aħjar ħin ta’ 3:8:84 segwit min James Zahra b’ħin ta’ 3:37:37 u Ian Scicluna b’ħin ta’ 3:42:64.

Sammut, Zahra u Scicluna kollha fl-istess Klassi komplew jiddefendu l-pożizzjoni tal-ewwel Heat iżda minkejja li kollha tejbu l-ħin dan ma rrepetiex ruħu fit-tieni Heat. Ir-riżultat finali fil-Klassi u Overall kien Sammut rebaħ b’ħin ta’ 0:6:59 segwit min Zahra b’ħin ta’ 0:7:16, waqt li fit-tielet post Scicluna irreġistra ħin ta’ 0:7:25.

Fi Klassi B Elvin Debono rebaħ il-klassi b’ħin ta’ 8:42:5 segwit min James Grima u Kyle Stone.

Fi Klassi C Jamie Vassallo rebah il-klassi segwit min Thomas Buhagiar u Mario Gatt rispettivament.

Fil-Klassi D tal-Junior Riders Julian Scicluna rebaħ il-klassi segwit min Antoine Muscat.

L-Attività spiċċat bil-prezentazzjoni minn rappreżentant tal-kumpanija Wotomoto Ltd li għat-tielet sena konsekuttiva offrew mutur ġdid fjamant BETA RR RC 300 lil Bernard Sammut, ir-rebbieħ Overall f’din l-attività. Sammut se jikkompeti u jagħmel it-taħrig kollu b’dan il-mutur ġdid tul l-istaġun kollu.

Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2019 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet tal-Karozzi Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. Din it-tieni attività tibda 10:00am.

Ta’ kull sena fix-xahar ta’ Novembru l-Assoċjazzjoni torganizza quddiesa fil-kumpless tal-ASMK. Din issir biex titfakkar il-memorija ta’ dawk l-ex Membri li m’adhomx magħna. Il-Quddiesa nhar il-Ħadd tibda fl-10:00am u fil-11:00am jibda l-Autocross.

Attivita oħra mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro mistennija issir nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019 bil-programm jibda fl-10:00am u l-post għandu jitħabbar aktar tard.