Ritratti: L-Etna b’24 theżżiża fl-aħħar 24 siegħa

Miguela Xuereb

B’24 theżżiża fl-aħħar 24 siegħa, il-vulkan Etna għadu mhux stabbli. Dawn it-theżżiżiet ħfief kellhom saħħa ta’ bejn 1 u 2 fuq l-iskla Richter.

Is-sit Volcano Discovery kellu rapport dettaljat tal-200 theżżiża li nħassu fl-aħħar sebat ijiem. It-theżżiż fl-aħħar jiem kien ta’ inqas minn 3,  bl-aktar theżżiża qawwija inħasser l-għada tal-Milied u kienet ta’ 4.8 fuq l-iskala Richter.

Newsbook.com.mt ħa l-kumment tal-Professur Stephen Montefort qal li m’hemmx bżonn paniku dwar l-irmied tal-Etna minħabba li għadu mhux ċert kemm il-Maltin se jkunu esposti għalih.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa lbieraħ ħarġu twissija dwar il-perikli li jġib miegħu l-irmied fl-arja iżda qalu li dan dejjem skont għal kemm minn dan l-irmied wieħed ikun espost.

Miguela Xuereb, il-fotografu ta’ Newsbook.com.mt ħadet dawn ir-ritratti fi Sqallija.