Ritratti: L-emozzjonijiet ta’ Dun Anton waqt il-Konsagrazzjoni ta’ Isqof

Djoċesi ta’ Għawdex / Anthony Grech

Read in English.

Id-Djoċesi ta’ Għawdex għadha kemm ippubblikat ir-ritratti uffiċjali mill-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Teuma li seħħet ilbieraħ fil-knisja tax-Xewkija.

Il-knisja tax-Xewkija hija l-akbar knisja f’Għawdex u għaldaqstant setgħet tospita l-akbar għadd ta’ persuni f’post wieħed bid-distanza soċjali u bil-miżuri kollha prekawzjonarji minħabba l-imxija tal-coronavirus.

F’dawn ir-ritratti jispikkaw l-emozzjonijiet ta’ Dun Anton waqt dan il-mument sagru li fih l-Isqof Emeritu Mario Grech u isqfijiet oħrajn ikkonsagrawh bħala d-disa’ Isqof ta’ Għawdex.

Newsbook.com.mt żamm lill-qarrejja aġġornati sa mill-mument tat-tħabbira li waslet f’Għawdex f’Ġunju li għadda.

It-tħabbira ta’ Isqof ġdid għal Għawdex
Ritratti: Minn welder għal Isqof ta’ Għawdex
Intervista esklussiva ftit sigħat qabel il-Konsagrazzjoni
Filmat: “Sejħuli Dun Anton”