Ritratti: L-Awstraljan Cahill se jkun qed ibiegħ id-dar

L-istilla Awstraljana Tim Cahill se jkun qed ibiegħ il-propjetà li xtara meta ingħaqad ma’ New York Red Bulls. Hu se jkun qed ibiegħha għal madwar €6 miljun u biżżejjed ngħidu li għandu tmien kmamar tas-sodda, infinity pool u kamra fejn jilgħab il-futbol.

B’kollox għandu 3048 metru kwadru ta’ art. Id-dar hija kompluta b’gym, spa, kamra għall-films, kamra tal-logħob u simulator tal-golf. Dan mhux kollox, żgur li għandu post fejn iraqqad il-mistednin hekk kif b’kollox għandu tmien kmamar tas-sodda u numru ta’ postijiet fejn wieħed jista’ jirrilassa.

Cahill kien xi żmien ilu qal li jogħġbu l-post fejn joqgħod, iżda issa li se jkun qed jirtira mill-futbol se jkun qed ifittex avventura ġdida. Hu għandu 39 sena u qal li jixtieq jibda karriera fil-coaching wara li ilu jilgħab 23 sena.