Ritratti: L-atmosfera waqt il-quddiesa għal ruħ DCG

Illum waranofsinhar, eżattament fit-3pm fil-Kappella tal-Bidnija saret quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li ġiet assassinata bħal-lum ġimgħa, fi Triq il-Bidnija stess. 
Waqt l-omelija l-Arċisqof Charles Scicluna appella biex "ma nibżgħux, imma nibżgħu għal xulxin" filwaqt li saħaq li l-ħniena u l-ġustizzja mhumiex biss għal Daphne, imma anke għal min qatilha. 
Il-fotografu ta' Newsbook.com.mt Ian Noel Pace, permezz tar-ritratti, jagħtina togħma ta' dak li kien għaddej.