Ritratti: L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-MCAST f’Jum id-Duluri

L-Arċisqof Charles Scicluna llum iltaqa’ mal-istudenti tal-MCAST f’Raħal Ġdid u ċċelebra quddiesa magħhom fl-okkażjoni ta’ Jum id-Duluri.
Waqt l-offertorju spikka l-fatt li minbarra l-ħobż u l-inbid, għadd ta’ student tellgħu għotjiet li qed jinġabru biex eventwalment fis-sajf waħda mill-istudenti tqassamhom fl-Albanija. Kien ġest li fakkar mhux biss is-sens ta' sagrifiċċju marbut ma' Jum id-Duluri iżda fuq kollox it-tbatija li ħafna nies jgħixu fis-skiet kuljum.
Min jixtieq jgħin jista’ jikkuntattja lil Fr Antoine Farrugia S.D.B fuq 9989 2278.
Ritratti: Ian Noel Pace.