Ritratti: L-Arċisqof u s-saċerdoti jattendu kors ta’ aġġornament

Is-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, flimkien mal-Arċisqof Charles Scicluna, attendew għal Kors ta’ Aġġornament li sar fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù.
Dan il-kors ta’ aġġornament teoloġiku u pastorali għall-kleru beda nhar it-Tnejn u ntemm ilbieraħ.
L-għan ewlieni tal-kors hu li joffri lis-saċerdoti opportunità ta’ riflessjoni, diskussjoni u djalogu dwar temi kurrenti relatati mat-teoloġija, mal-ħidma pastorali tal-knisja, u ma’ temi oħra kulturali, ekonomiċi u soċjo-politiċi.
Fil-bidu tat-tmexxija u tal-ħidma pastorali tal-Arċisqof il-ġdid, il-kors ta’ din is-sena indirizza l-ħtieġa tal-Knisja lokali li tiddixxerni s-sinjali ta’ żminijietna bil-għan li tkompli taġġorna l-viżjoni u l-għażliet pastorali għas-snin li ġejjin.
Il-kelliema kienu Dr Ranier Fsadni, Rev. Dr Joe Borg, Dr Petra Caruana Dingli, Dr Anna Vella, Rev. Dr Jimmy Bonnici, Rev. Dr Joe Ellul, Patri Andrew Galea OFM Conv., Rev. Dr Renè Camilleri, Noel Mifsud, Prof. Paul Pace u Patri Mark Cachia S.J.
Ritratti: Photocity, Valletta