Ritratti: L-Arċisqof qalb l-istudenti

L-Arċisqof Charles Scicluna llum żar l-Isfida tal-Ħiliet fl-MCAST f’Raħal Ġdid.
Huwa tkellem mal-istudenti dwar il-proġetti li għażlu kif ukoll dwar l-isfidi biex ilestuhom fil-ħin stabbilit. Din hija l-ewwel sena li l-MCAST organizzat din l-isfida.
L-Arċisqof Scicluna staqsa lill-istudenti dwar diversi proġetti teknoloġiċi u l-apparat li ntuża biex inħolqu sistemi ġodda.
Huwa żar l-oqsma tal-welding, tal-mastrudaxxi, tal-avjazzjoni, tal-informatika, tal-akkwarji, tal-make-up u sbuħija, landscaping tal-ġonna, kif ukoll stands minn numru ta’ kumpaniji li qed joffru xogħol lill-istudenti. 
Ritratti: Ian Noel Pace