Ritratti: L-Isqfijiet jiċċelebraw l-anniversarju ta’ Ta’ Pinu

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti

L-Arċisqof Charles Scicluna kien fost l-Għawdxin illum għal pellegrinaġġ fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb f’għeluq l‑400 sena tal‑kwadru tal‑Madonna Ta’ Pinu u l‑136 sena mis‑sejħa tal‑Madonna lil Karmni Grima u Franġisk Portelli, flimkien ma’ isqfijiet oħra.

Filmat: Żmien il-festa fis-Santwarju Ta’ Pinu

Il-pellegrinaġġ kien organizzat mill-Arċidjocesi ta’ Malta u mid‑Djoċesi ta’ Għawdex, u tmexxa mill‑Arċisqof Charles Scicluna. Miegħu ħadu sehem ukoll l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Isqof George Bugeja O.F.M., l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Emeritu Paul Darmanin, O.F.M.

Il-pellegrinaġġ beda bit-talba tas-Supplika u wara kien hemm Quddiesa Pontifikali ċċelebrata mill-Arċisqof flimkien ma’ saċerdoti djoċesani u reliġjużi miż‑żewġ djoċesijiet.