Ritratti: L-Arċisqof jiċċelebra Jum il-Vitorja f’Forti Sant’Anġlu

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna żar Forti Sant’Anġlu f’Jum il-Vitorja. Il-festa tal-lum tfakkar fl-interċessjoni tal-Madonna filwaqt li tfakkar lil dawk li mietu f’assedji f’Malta.

Fuq Twitter, l-Arċisqof iddeskriva l-avveniment bħala wieħed kommwoventi filwaqt li esprima l-kuntentizza tiegħu li ltaqa ma’ tant familji.

Jum il-Vitorja jikkommemora tliet assedji li seħħew f’Malta. Fl-1565 l-Ottomani kienu assedjaw iż-żona tal-kottonera, dan kien magħruf bħala l-Assedju l-Kbir. It-tieni assedju seħħ meta l-Franċiżi attakkaw il-Belt Valletta. Dan kien wasal fi tmiemu fl-1800. Filwaqt li fl-1943 waqaf il-bumbardament fuq Malta mill-Italja.

Mons. Scicluna kien qed jattendi għal programm ta’ attivitajiet matul il-ġurnata tal-lum, bejn id-9am u s-6pm f’Forti Sant’Anġlu. Dan hekk kif intagħżel bħala wieħed mill-fortizzi madwar l-Ewropa għall-ġurnata Ewropea tal-fortizzi ta’ din is-sena.