Ritratti: L-Arċisqof jaħsel riġlejn tfal, adolexxenti, żgħażagħ u priġunieri

Din is-sena, f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija, waqt it-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti.
Dan fil-kuntest tal-laqgħat li l-Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ imsejjaħ mill-Papa Franġisku, u li se jsir f’Ottubru li ġej fil-Vatikan.

Il-mistiedna tal-Arċisqof għall-ħasil tar-riġlejn ilbieraħ filgħaxija huma:
· Sitt itfal u adolexxenti, uħud minnhom mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal,
· Tliet żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja u pastorali fi gruppi taż-żgħażagħ,
· Żewġ koppji żgħażagħ miżżewġa,
· Żewġ priġunieri żgħażagħ. Il-priġunieri żgħażagħ ġew mistiedna personalment mill-Arċisqof waqt żjara li għamel fir-Randan f’waħda mill-faċilitajiet korrettivi tal-Istat.
Ritratti: Il-Knisja f’Malta – INP