Ritratti: L-Arċisqof jagħti l-pussess lill‑Kanonċi l‑ġodda

Qabel il-Quddiesa Solenni tal‑Konverżjoni ta’ San Pawll, saret iċ-ċerimonja tal-investitura fejn l-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna tal-pussess lill‑Kanonci l‑ġodda tal‑Kapitlu Metropolitan.
Il-Quddiesa saret fil‑Katidral tal‑Imdina u bdiet fid-9:15 am.
Fi stqarrija, il-Knisja f'Malta ħabbret illi l‑Kanonci l‑godda tal‑Kapitlu Metropolitan huma: Mons. Emmanuel Agius, Mons. Richard Borg, Mons. Joseph Brincat, Mons. Vincent Cachia, Mons. Joseph Farrugia, Mons. Hector Scerri, Mons. Alfred Vella, u Mons. Edgar Vella.
Ritratti: Il-Knisja f'Malta – Ian Noel Pace